Il-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika sab li żewġ organizzazzjonijiet immexxija minn Michelle Muscat ripetutament kisru r-regoli, dan appartli s-sorveljanza min-naħa tal-awtoritajiet tal-Gvern kienet waħda insuffiċjenti. Ir-rapport sab ukoll li dawn l-organizzazzjonijiet ingħataw trattament preferenzjali fis-secondement ta’ impjiegi pubbliċi.
Il-Kummissarju tal-Istandards Joseph Azzopardi ma sab l-ebda evidenza li l-Prim Ministru Robert Abela intervjena personalment favur Michelle Muscat, l-mara tal-eks Ministru Joseph Muscat.
Skont ir-regoli tal-Gvern, impjegati pubbliċi jistgħu jiġu assenjati ma’ organizzazzjonijiet volontarji li jwettqu xogħol karitattiv, filwaqt li jibqgħu jitħallsu mill-pagi tal-gvern. Normalment, impjegat wieħed biss jista’ jiġi assenjat ma’ kull organizzazzjoni, sakemm ma jkunx hemm ċirkostanzi eċċezzjonali li jeħtieġu ftehim speċifiku.
Il-kummissarju sab li fil-każ taż-żewġ organizzazzjonijiet immexxija minn Muscat, dawn ir-regoli ma ġewx osservati b’mod ripetut.
L-investigazzjoni segwiet ilment imressaq minn Arnold Cassola.
//= $special ?>

