Sport

Aktar rebħ fl-Olimpijadi tax-Xitwa

EPA

Fil-finali Short Treck tan-nisa 1000 metru fl-Olimpijadi tax-Xitwa, midalja tad-deheb għal Xandra Velzeboer tal-Olanda li rebħet f’minuta, 28.437 sekondi. Fit-tieni post Courtney Sarault tal-Kanada f’minuta 28.523 sekondi filwaqt li midalja tal-bronż għal Gil Li Kim tal-Korea b’ 1 minuta 28.614 sekondi.

Finali tas-slalom Alpine skiing tal-irġiel u midalja tad-deheb għal Loic Meillard tal-Iżvizzera li temm f’56.88 sekondi qabel Fabio Gstrein tal-Awstrija filwaqt li fit-tielet post u midalja tal-bronż għal Henrik Kroistoffersen tan-Norveġja b’57.01 sekondi.

Finali mill-isbaħ fil-free style skiing tan-nisa magħruf bħala Big Air. Suċċess u midalja tad-deheb għal Megan Oldham tal-Kanada li għalqet b’total ta’ 180.75 punti bi frazzjoni vantaġġ fuq Eileen Gu tac-Ċina b’ 179 punt. Is-sorpriża minn Flora Tabanelli tal-Italja li rebħet il-midalja tal-bronż b’total ta’ 178.25 punti.