Sport

Avventura mill-isbaħ ta’ Macclesfield fl-FA Cup

Macclesfield      0       Brentford   1

Autogowl fl-aħħar fażi tal-partita temm avventura mill-isbaħ ta’ Macclesfield fl-FA Cup. Avventura li ntemmet fir-raba’ Rawnd wara li kienu eliminaw 2 – 1 lil club tal-Premier League Crystal Palace. Macclesfield li jilgħabu fin-North National League huma mmexxija minn John Richard Rooney fejn minkejja l-limitazzjonijiet f’The Moss Rose kisbu s-simpatija ta’ kulħadd.

Brentford li għaddejjin minn fażi pożittiva fil-Kampjonat Premier minkejja li f’mumenti sa kellhom mat-80 fil-mija pussess b’xejn anqas minn tmien tentattivi cari ta’ skor fuq il-lasti ta’ Max Dearnley u minkejja li wettqu pressjoni kontinwa sabuha diffiċli jinfdu d-difiża attenta ta’ Macclesfield.

Ebda skor matul l-ewwel taqsima bl-aħjar ċans għal Macclesfield jasal minn Paul Dawson li ra x-xutt tiegħu jgħaddi pulzieri minn mal-lasti ta’ Valdimarsson.

L-istess andament baqa’ fit-tieni taqsima bi Brentford f’tentattivi kontinwi biex jiftħu l-iskor. Fis-70 minuta kien SAM HEATHCOTE li f’tentattiv li jikklerja bir-ras b’auto gowl għeleb lil Max Dearnley għal dak li kellu jkun il-gowl deċiżiv li kien biżżejjed għal Brentford biex jgħaddu għar-rawnd li jmiss tal-F.A Cup.