Il-Protezzjoni Ċivili qed javżaw li matul il-jum, pajjiżna ser ikun qiegħed jinħakem minn riħ b’saħħu li kapaċi jlaħħaq b’forza kbira qabel 12:00pm.
L-avviż oranġjo jingħaqad ma’ bosta appelli oħra simili matul dawn l-aħħar xhur – bil-Membri tal-Protezzjoni Ċivili jenfasizzaw sabiex jiġu evitati attivitajiet fl-għoli, tinżamm id-distanza mill-baħar u postijiet viċin, sabiex jiddaħħlu oġġetti fuq barra u biex kulħadd isuq bil-galbu.
Dan sabiex tinżamm is-sigurtà anke f’kundizzjonijiet bħal dawn.
//= $special ?>

