“Ir-realtajiet tal-lum iridu jkunu l-bażi biex niffurmaw diskussjoni serja u miftuħa – mibnija fuq ir-rispett u fuq atteġġjament li aħna lesti li nisimgħu. ”
Kien dan il-messaġġ li wassal il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione waqt il-Programm NETLIVE, propju ftit tal-jiem biss ‘il bogħod mill-Konvenzjoni Nazzjonali li se jkun qed jorganizza l-Partit Nazzjonalista, fil-21 u fit-22 ta’ Frar bit-tema ‘Malta ‘l Quddiem’ li nibtet proprju mill-islogan “Dan hu l-mument”.
Matul din l-intervista, Alex Perici Calascione tenna kif minn ‘Dan hu l-mument’ il-Partit Nazzjonalista’ issa jrid ifassal il-proposti biex jindirizza r-realtajiet veri li qed jaffaċċja l-poplu Malti u Għawdxi.
Hawnhekk il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista, tkellem dwar l-importanza li din il-konvenzjoni nfetħet għal firxa usa ta’ nies – fosthom anke unions u korpi kostitwiti.
Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem ukoll dwar l-importanza ta’ din il-pjattaforma fit-tisħiħ tal-programm elettorali tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Spjega kif ix-xogħol għadu għaddej u li fl-aħħar xhur ressqu ħafna nies ‘il quddiem – xi ħaġa li kompliet tnissel it-tama fil-Partit Nazzjonalista.
Alex Perici Calascione ħeġġeġ lil poplu Malti u Għawdxi sabiex jipparteċipa f’din il-Konvenzjoni Nazzjonali u saħaq li l-poplu se jsib Partit Nazzjonalista lest li jisma” kull opinjoni – b’rispett u b’serjetà. Dan sabiex kulma jsir minn issa ‘l quddiem ipoġġi fiċ-ċentru l-esperjenzi u r-realtajiet tan-nies.
//= $special ?>

