Kurżitajiet

ILLUM: Eklissi li se jarawha aktar penguins milli nies

Fir-reġjun remot tal-Antartika, illum se tkun qed tidher eklissi partikolari hekk kif il-qamar jgħaddi minn quddiem ix-xemx – fenomenu li se jidher l-aktar f’zoni tan-nofsinhar tal-Afrika u l-Amerika t’Isfel.

Din l-eklissi se ddum madwar żewġ minuti, u se sseħħ għall-ħabta tas-1:12pm (ħin ta’ Malta).

Minkejja li l-qamar huwa 400 darba iżgħar mix-xemx, id-distanzi kbar li hemm bejn l-istess xemx u d-dinja joħolqu dawn il-fenomeni naturali.

Fil-każ ta’ din l-eklissi, il-qamar mhux se jġib dalma totali. Anzi, min se jinżerta din l-eklissi se jara qisu ċirku ta’ dawl imdawwar mal-qamar – propju minħabba l-fatt li l-qamar mhux se jkun qed jimblokka totalment id-dawl ta’ xemx.

Interessanti wkoll il-fatt li skont l-esperti, l-aktar li se jgawdu din l-eklissi huma l-penguins tal-Antartika!