Internazzjonali

Imut l-attivist Amerikan għad-drittijiet ċivili Jesse Jackson

Attivist għad-drittijiet ċivili, Jesse Jackson, miet illum fl-eta’ ta’ 84 sena.

Jackson kien beda l-karriera tiegħu fl-attiviżmu bħala organizzatur fil-Kungress tal-Ugwaljanza Razzjali. Hu ħadem ma’ Martin Luther King sa l-qtil tiegħu fl-1968.

Jackson eventwalment ħareġ għall-elezzjonijiet interni tal-Partit Demokratiku għan-nomina tal-partit għall-Presidenza tal-Istati Uniti.

Fl-elezzjoni interna tal-1984 Jackson kiseb 18% tal-voti u tilef lil Walter Mondale li spiċċa kien megħlub mill-President Repubblikan inkarigat Ronald Reagan b’maġġoranza assoluta tal-voti elettorali – 525 kontra 13.

Fl-elezzjoni interna tal-1988 Jackson kiseb 29% tal-voti u tilef lil Michael Dukakis li spiċċa kien megħlub mill-kandidat Repubblikan George H.W. Bush b’maġġoranza assoluta tal-voti elettorali – 426 kontra 111.

Fl-1997 Jackson ġie appuntat special envoy għad-demokrazija u d-drittijiet umani fl-Afrika taħt il-Gvern tal-President Demokratiku Bill Clinton, u fis-sena 2000 ġie mogħti l-Midalja Presidenzjali għal-Libertà – li hi l-għola unur li tista’ tiġi mgħotija lil pajżan.

Tul il-kampanja għall-Presidenza ta’ Barack Obama fl-2008 – l-ewwel kandidat Presidenzjali Afrikan Amerikan – Jackson kien pubblikament appoġġjah.