Il-Lunar New Year huwa perjodu ta’ madwar ħmistax -il ġurnata li jlaqqa’ l-bidu tas-sena skont il-kalendarju lunisolar. It-tul ta’ dan il-perjodu jvarja skont il-kultura li qiegħda tiċċelebraħ.
Il-Lunar New Year huwa ċċelebrat prinċipalment fiċ-Ċina, l-Korea t’Isfel, il-Ġappun, il-Philippines, il-Vietnam, t-Tajlandja, u l-Indoneżja.
Iċ-ċelebrazzjonijiet madwar l-Ażja bdew illum is-17 ta’ Frar u bosta ċelebrazzjonijiet qiegħdin iseħħu wkoll madwar id-dinja minn komunitajiet Ażjatiċi.
Din is-sena hija taż-żiemel tan-nar minħabba li fiċ-ċiklu ta’ tnax -il sena – b’kull sena rrapreżentata minn annimal – kien imiss is-sena rrapreżentata miż-żiemel. L-element tan-nar huwa minnhu peress li kull sena hija rrapreżentata minn element naturali li jinsab f’ċiklu ta’ ħames elementi – in-nar, l-ilma, il-ħamrija, l-metall, u l-injam.
Minħabba ż-żewġ ċikli, l-istess kumbinazzjoni sseħħ darba kull sittin sena. L-aħħar sena taż-żiemel tan-nar kienet is-sena tal-1966.
Intant, skont iż-zodiac Ċiniż, iż-żiemel jirrapreżenta l-kunfidenza u l-vitalità filwaqt li n-nar jirrapreżenta l-intensità.
Waħda mill-iżjed prattiċi komuni bejn il-kulturi kollha li jiċċelebraw il-Lunar New Year hija l-għotja ta’ envelop – tipikament aħmar bid-dekorazzjonijiet kulur id-deheb – bil-flus fih, li hu normalment mgħoti mill-qraba anzjani lit-tfal jew mill-imgħallma lill-impjegati.
L-ammont ta’ flus huwa ta’ sinifikat ukoll. Numri even huma kkunsidrati li jġibu iżjed fortuna filwaqt li ammonti li jinkludu n-numru erbgħa huma kkunsidrati li jġibu sfortuna minħabba li biċ-Ċiniż in-numru erbgħa jinstema bħall-kelma Ċiniża għall-mewt.
Is-Sena Ċiniża dedikata liż-żiemel tan-nar


