Internazzjonali

Is-suspettat fil-qtil tal-mara Maltija fl-Ingilterra imut fl-isptar

Skont il-Pulizija reġjonali ta’ West Mercia – li tkopri r-raħal ta’ Whitchurch fejn insabet maqtula l-mara Maltija Rita Rowley – ir-raġel suspettat bil-qtil ta’ Rita miet fl-isptar.

Rita Rowley kellha 84 sena, u kienet instabet maqtula fid-dar tagħha fis-27 ta’ Jannar. Is-sieħeb tagħha – li kien instab id-dar bi ġrieħi gravi – kien meqjus bħala l-uniku suspettat fil-qtil ta’ Rita.

Skont l-istqarrija tal-pulizija li nħarrġet nhar it-Tnejn, is-suspettat miet nhar il-Ġimgħa.

Rita bdiet tgħix fir-Renju Unit wara li ltaqgħet ma’ suldat Britanniku f’Malta. Wara li s-sieħeb tagħha miet fl-2002, Rita marret tgħix ma’ dan ir-raġel li spiċċa l-uniku suspettat fil-qtil tagħha.