Issa nafu għala saret it-tbażwira taż-żrar fil-picnic area f’Ta’ Qali, li sa issa swiet aktar minn €300,000 lill-poplu Malti.
Issa mhux talli l-familji u ż-żgħażagħ li kienu jmorru jgawdu ftit ħin ta’ mistireħ hemm ma jistgħux jerġgħu jagħmlu hekk, imma talli għal din iz-zona l-Gvern se jibda jitlob €2,500 mingħand min irid jużaha għall-attivitajiet tal-massa.
Dan kollu jikxef li l-froġa taż-żrar ma kienet żball xejn. U li din iz-zona l-Gvern seraqha lill-familji biex jużaha għal attivitajiet li jistgħu faċilment isiru f’zoni oħra apposta.
Iż-żejt qed jitla’ f’wiċċ l-ilma. Imma l-ħaxix f’Ta’ Qali, milli jidher, fadallu biex jitla’.
//= $special ?>

