“Grazzi tal-ħidma u x-xogħol importanti li twettqu ta’ kuljum”
Sostna dan ix-Shadow Minister Ivan Bartolo hekk kif tul il-jum tat-Tnejn issokta biż-żjarat b’rabta mal-ġustizzja soċjali fejn żar l-uffiċċju tal-Legal Aid f’Malta.
Tul il-laqgħa ġiet diskussa kif jipprovdu għajnuna legali lil persuni bi dħul baxx li ma jistgħux iħallsu avukat. Dan filwaqt li ntqal kif jiġu spjegati d-drittijiet lil nies u jgħinuhom f’kwistjonijiet legali bħal separazzjoni, sfidi fid-dinja tax-xogħol u każi varji oħrajn.
Ivan Bartolo sostna li kien tassew interessanti l-fatt li ħareġ b’mod ċar kemm dan is-servizz huwa essenzjali sabiex kulħadd ikollu aċċess għall-ġustizzja sabiex titwettaq ġustizzja soċjali f’pajjiżna.
Preżenti wkoll kien hemm il-Ministru Jonathan Attard, id-Direttur Bruno Zahra u numru ta’ avukati li jaħdmu fil-Legal Aid.
//= $special ?>

