Scaffolding ta’ binja iġġarraf fl-Imsida kaġun tar-riħ qawwi li ħakem lil pajjiżna fl-aħħar sigħat.
Il-każ seħħ għall-ħabta tat-3pm, fi Triq il-Ħarrub l-Imsida. B’sorsi jikkonfermaw li ammont kbir ta’ ġebel spiċċa f’nofs it-triq.
Irriżulta li ħadd ma’ weġġa f’dan l-inċident – għalkemm l-istruttura ġibdet xi cables tal-elettriku.
Intant, l-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>

