Futbol Sport

Juventus umiljati minn Galatasaray…PSG jdawwru telfa f’rebħa kontra Monaco

Fit-Turkija telfa umiljanti għal Juventus meta huma kienu megħluba 5-2 minn Galatasaray. It-Torok marru fil-vantaġġ wara kwarta logħob b’gowl ta’ Gabriel Sara, qabel minuta wara kien Teun Koopmeiners li kiseb id-draw għal Juventus. L-istess Koopmeiners poġġa’ lil Bianconeri fil-vantaġġ fit-32 minuta, qabel kien Noa Lang li kiseb id-draw għal Galatasaray fid-49 minuta. Fis-60 minuta Galatasaray marru fil-vantaġġ b’gowl tal-eks Tottenham Davinson Sanchez, b’Juventus jispiċċaw jilgħabu b’għaxar plejers meta tkeċċa Juan Cabal. Noa Lang għamilhom 4-2 fil-75 minuta, qabel kien Sacha Boey li għalaq il-partita bil-ħames gowl.

Fi Franza f’partita bejn żewġ Franċiżi rimonta minn PSG biex għelbu lil Monaco bl-iskor ta’ 3-2. Vantaġġ doppju kmieni fil-partita għal Monaco b’żewġ gowls ta’ Folarin Balogun fl-ewwel minuta u fit-18-il minuta. Fit-22 minuta PSG jfallu penalty mogħti minn Vitinha. Fid-29 minuta PSG jnaqqsu d-distakk b’gowl tas-sostitut Desire Doue qabel kien Achraf Hakimi li kiseb id-draw fil-41 minuta. Fit-48 minuta tkeċċa għal Monaco Aleksandr Golovin qabel reġa kien Desire Doue li skorja u eventwalment ta r-rebħa lil PSG.

Riżultati: Galatasaray v Juventus 5-2, Monaco v PSG 2-3, Benfica v R.Madrid 0-1, B.Dortmund v Atalanta 2-0