Cagliari 0 Lecce 2
Żewġ gowls fit-tieni taqsima kien biżżejjed għal Lecce sabiex mhux biss kisbu s-sitt rebħa fil-Kampjonat fl-Unipol Domus, iżda rebħu wkoll konfront dirett barra minn darhom fit-taqtiegħa biex iżommu posthom fis-Serie A. B’din ir-rebħa Lecce telgħu fis-17 il-post b’24 punt flimkien ma’ Genoa u Cremonese.
Għal kuntrarju Cagliari sofrew telfa xejn mistennija – il-ħdax-il telfa dan l-istaġun sabiex baqgħu fit-13- il post bi 28 punt.
0 – 0 fi tmiem l-ewwel taqsima .
L-andament matul l-ewwel fażi tat-tieni taqsima baqa’ l-istess sal mument li Lecce marru fil-vantaġġ. Fil-65 minuta minn freekick ta’ Riccardo Sottil lejn OMRI GANDEL MAN li bir-ras għeleb lil Elia Caprile għal 1 – 0 .
Reazzjoni sterili minn Cagliari l-aktar wara li Lecce żiedu l-pressjoni u rduppjaw. Fis-76 minuta pass ta’ Lassana Coulibaly lejn YIBER RAMADANI li mill-ġdid għeleb lil Elia Caprile u għalaq il-partita kmieni.
//= $special ?>

