Lokali

Malta tappoġġa lil-Libja fil-missjoni tal-Protezzjoni Ċivili

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili bagħat tim speċjalizzat fil-Libja biex jassisti liċ-Ċentru Nazzjonali Libjan għall-Emerġenzi u l-Ġestjoni tad-Diżastri.

It-tim li jinsab fil-Libja bejn il-15 u t-18 ta’ Frar hu magħmul minn tliet uffiċjali tal-Protezzjoni Ċivili u Surġent mill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta u fil-Libja jinsab impenjat f’żewġ missjonijiet ewlenin.

Fl-ewwel missjoni, it-tim wettaq investigazzjoni dettaljata dwar tiġrif sostanzjali li dehru fiż-żona ta’ Isbeya, madwar 50 kilometru ’l bogħod minn Tripli. Permezz ta’ dan ix-xogħol, it-tim ipprovda indikazzjoni preliminari biex tinftiehem in-natura u l-kawża ta’ dawn ix-xquq, bil-għan li jingħata appoġġ lill-komunitajiet lokali u jiġu evitati fallimenti strutturali potenzjali.

Fit-tieni missjoni, it-tim qed jassisti wkoll fil-ġbir ta’ kampjuni ta’ ilma minn għadira f’Zuwara, viċin il-fruntiera Tuneżina. Din l-analiżi kienet essenzjali biex tiġi evalwata l-kwalità u d-disponibbiltà tal-ilma għall-popolazzjoni lokali.