MALTA…0 MAĊEDONJA TA’ FUQ…0
Wara li ġranet qabel it-tim Nazzjonali Malti ta’ Taħt is-16 il-sena kien safa’ megħlub 5 – 0 mill-Maċedonja ta’ Fuq, fit-tieni partita fis-Centenary Stadium, draw ta’ bla gowls f’partita fejn it-tim Malti mmexxi minn Davide Mazzotta qasam il-logħob mal-avversarju .
Fis-7 minuta tentattiv ta’ Medin Emini għal Macedonja ntemm barra filwaqt li Stevanovic għal Malta kellu tentattiv li set’a’ poġġa lil Malta fil-vantaġġ.
Fl-24 minuta, id-difensur ċentrali Filip Gjior Gjioski xeħet għoli minn distanza qasira wara azzjoni ta’ free-kick.
Fil-58 minuta, tentattiv ta’ Sean Farrugia intercettat minn Dimitar Petrov u fit-68 minuta, Gianni Zerafa twaqqa’ fil-kaxxa , dak li deher li kien penalty iżda r-referee ħalla l-logħob għaddej.
Fl- aħħar parti tal-logħba, it-tentattiv ta’ Giann i Zerafa li xeħet il-ballun fil-lasta ġie mdawwar u fil-ħin miżjud, Petrov ċaħħad lil Jerome Gaffiero milli jiskorja l- gowl tar-rebħa.
Referi kien Kieron Haber (Malta).
//= $special ?>

