Lokali

Pitbull f’pajjiżna fit-2 t’Awwissu li ġej

Malta qed tħejji ruħha għal wieħed mill-akbar avvenimenti tas-sajf hekk kif greatt u NnG Promotions jikkonfermaw li s-superstar globali Pitbull se jġib l-ispettaklu live tiegħu fil-Park Nazzjonali Ta’ Qali fit-2 ta’ Awwissu 2026, flimkien mal-mistieden speċjali Lil Jon.

Magħruf mad-dinja kollha bħala Mr. Worldwide, Pitbull iddomina l-klassifiċi u d-‘dance floors’ b’katalgu ta’ ‘hits’ li ddefinixxew era, fosthom Give Me Everything, Timber, Fireball, Don’t Stop the Party, Rain Over Me, u Time of Our Lives. Il-wirjiet tiegħu huma ċċelebrati globalment għall-enerġija bla waqfien, l-interazzjoni mal-udjenza, u produzzjoni ta’ skala kbira li saħansitra imlew ‘stadiums’.

Lil Jon, il-leġġendarju hype-master u l-vuċi wara innijiet ikoniċi bħal Turn Down for What u Get Low, jingħaqad ma’ Pitbull f’din il-lejla, u jiggarantixxi atmosfera elettrifikanti u ta’ intensità għolja mill-bidu sat-tmiem.

L-ispettaklu f’Malta jwiegħed esperjenza awdjoviżiva spettakolari b’viżwali impressjonanti, effetti pirotekniċi splussivi, u l-istil ta’ ‘performance’ uniku ta’ Pitbull. Appoġġjat mill-band live tiegħu The Agents u ż-żeffiena The Most Bad Ones, dawk li ser jattendu jistgħu jistennew ċelebrazzjoni bla waqfien ta’ mużika, ritmu, u enerġija pura ta’ ‘party’.

L-aktar tour riċenti ta’ Pitbull, I’m Back, mhux biss biegħ arenas sħaħ iżda wkoll qanqal fenomenu virali fost il-partitarji, b’eluf ta’ persuni jilbsu ‘bald caps’ u li jsejħu lilhom infushom “The Bald E’s.” Dan il-moviment divertenti ħakem is-social media u sar parti mill-esperjenza unika tal-kunċerti ta’ Pitbull. Fit-2 ta’ Awwissu, din l-enerġija globali ser tasal ukoll f’Malta.

Dan mhux biss kunċert, din hija ċelebrazzjoni fuq skala sħiħa.

Il-prezzijiet tal-biljetti huma kif ġej:
General Standing: €60
VIP Standing: €100
General Seated: €150
VIP Seated: €200
Accessibility: €60 (Biljett validu għad-detentur u helper