Jesse Jackson, l-attivist ewlieni favur id-drittijiet umani u wieħed mill-aktar personalitajiet magħrufa fl-Istati Uniti, miet fl-età ta’ 84. Jackson – li r-rwol tiegħu bħala attivista jmur lura għas-snin sittin – kien ilu s-snin meqjus bħala ‘il-vuċi għall-persuni oppressati u emarġinati’ f’pajjiżu u ‘il hinn minnu .
Fis-sittinijiet, Jackson kien jiġġieled favur id-drittijiet tas-suwed u tal-Amerikani kollha bħala l-ispalla ewlenjija tal-attivista leġġendarju Martin Luther King li spiċċa assassinat f’April tal-1968.
Fl-aħħar sigħat tkellmet anki t-tifla ta’ King li faħħret ‘il-personalità u t-talenti ta’ Jesse Jackson bħala negozjatur abbli u qalbieni’.
Hu minnu wkoll li Jesse Jackson, tul ħajtu stinka biex jippromwovi politika li ttejjeb il-ħajja għall-Afrikani-Amerikani mimbarra li pprova darbtejn għan-nomina tal-Partit Demokratiku biex jikkuntesta għall-Presidenza tal-Istati Uniti.
Fl-aħħar snin, Jesse Jackson kien marad bil-Parkinson’s u proprju ftit tax-xhur ilu kien iddaħħal l-isptar fejn sabulu kundizzjoni deġenerattiva.
//= $special ?>

