Lokali

Tissokta l-Ġimgħa tal-Ġustizzja Soċjali din id-darba fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin

Ix-Shadow Minister Ivan Bartolo żar il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin b’rabta mal-Ġimgħa tal-Ġustizzja Soċjali.

Huwa ltaqa’ ma’ wħud mir-residenti li qed jiskontaw sentenza fil-Faċilità fejn fost oħrajn ra fejn isiru l-programmi ta’ riabilitazzjoni, kif ukoll edukazzjoni u appoġġ sabiex jgħinu proprju lil dawn ir-residenti.

Dan kollu bil-għan li jkunu jistgħu jintegraw lura fis-soċjetà wara li jtemmu u jkunu skontaw bi sħiħ is-sentenza tagħhom.

Ivan Bartolo insista li din l-esperjenza urietu mhux biss kemm hija importanti li persuna tiskonta l-piena iżda wkoll ir-rijabilitazzjoni fiha nfisha.

Bartolo rringrazzja lid-diriġenti tal-Faċilità tal-ospitalità.