Triq f’San Ġiljan se tkun qed tissemma’ għal Karl Gouder – l-eks Membru Parlamentari u eks Sindku tal-Partit Nazzjonalista, li miet sentejn ilu. Tifkira li se tkun qed tiżgura li l-konnessjoni tiegħu mal-lokalità li tant kellu għal qalbu, tibqa’ għal dejjem.
Ħabbar dan Il-gvern fil-gazzetta tat-Tlieta, fejn ingħad kif parti minn Trejqet il-Bajja, li tinsab bejn it-telgħa ta’ Birkirkara u Triq Alfred Gauci, se tkun qed tingħata l-isem ta’ Triq Karl Gouder.
Gouder li kellu 45 sena kien instab mejjet fil-Belt fl-10 ta’ Settembru tal-2024, fl-età ta’ 45 sena – aħbar li xxukkjat pajjiż. Karl Gouder jibqa’ mfakkar bħala raġel b’karattru pożittiv u ferrieħi u bħala ħabib leali li kien maħbub minn bosta.
Huwa serva bħala ċ-Chief Operations Officer ta’ Net Media, u kien Membru Parlamentari għal sitt snin fi tliet leġiżlaturi. Fl-2024, kellu rwol ċentrali fl-organizzazzjoni tal-kampanja tal-partit għall-Parlament Ewropew u l-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali. Ftit jiem qabel mewtu, kien ħabbar li kien bi ħsiebu jikkontesta għall-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-partit.
Din mhix l-ewwel darba li triq issemmiet għal eks Membru Parlamentari. Dan hekk kif fl-2023, parti mit-Triq Tigné f’ Tas-Sliema issemmiet għal Robert Arrigo – Membru Parlamentari Nazzjonalista ieħor magħruf għall-kontribut tiegħu fil-ħajja pubblika.
//= $special ?>

