Lokali

Żagħżugħ iweġġa’ ħafif wara li nqaleb b’vann F’Ħ’Attard

Żagħżugħ ta’ 29 sena residenti Birżebbuġa weġġa’ ħafif wara li nqaleb b’vann tal-għamla Ford Transit.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 pm fi Triq l-Imdina, Ħ’attard.

Fuq il-post issejħu il-pulizija flimkien ma’ tim mediku sabiex jassistu. Aktar tard ir-raġel ittieħed l-Isptar MaterDei b’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan l-inċident għadhom għaddejjin.