Id-delegazzjonijiet tar-Russja u l-Ukrajna qed jiltaqgħu f’Ġinevra għall-aħħar rawnd ta’ taħditiet sponsorjati mill-Istati Uniti bħala l-medjatur…Taħditiet li qed isiru qabel ir-raba’ anniversarju tal-invażjoni tal-Ukrajna mill-qawwiet tal-Kremlin.
Intant, huma ftit l-aspettativi għal waqfien mill-ġlied formali — bir-Russja ma ċċedix pulzier fil-pożizzjoni tagħha….Dan meta Moska kompliet tinsisti biex tieħu l-kontroll sħiħ tar-reġjun tad-Donbas, fil-Lvant tal-Ukrajna.
Fl-istess ħin, l-attakki tar-Russja fuq l-Ukrajna qegħdin ikomplu kuljum, bil-missili u d-drones qed ikissru kontinwament il-power grid u l-faċilitajiet tal-Ukrajna għall-produzzjoni tal-elettriku…Dan meta t-temperaturi fir-reġjun niżlu għal 20 taħt iz-zero.
Fil-fatt, sigħat qabel il-laqgħa tad-delegazzjonijiet fl-Iżvizzera, il-qawwiet Russi mexxew offensiva kbira oħra fuq l-Ukrajna fejn madwar tnax-il reġjun intlaqtu minn talanqas 400 drone u għexieren tal- missili…Attakk li mill-ġdid sewa l-ħajja ta’ diversi ċivili b’oħrajn jisfaw midruba.
//= $special ?>

