Meta indirizza l-konferenza organizzata mill-Assocjazzjoni tal-Operaturi tat-Trakkijiet u t-Trailors…l-MEP Peter Agius reġa’ insista kontra l-kultura ta’ one-size-fits-all meta l-UE tagħmel il-liġijiet tagħha.
Hu fakkar li diġa’ kiteb lill-President tal-Kummissjoni Ewropea biex tiddaħħal klawsola li tħares gżejjer żgħar bħal Malta mill-impatt ta’ ċertu direttivi. Dan b’referenza għall-Emission Trading Scheme.
Peter Agius wiegħed li fil-Parlament Ewropew se jibqa’ jħares l-interessi tal-operaturi Maltin…li jġorru prodotti u merkanzija lejn gżiritna.
Fuq kollox, hu tkellem dwar il-ħtieġa li l-UE taddotta skemi li jkunu ġusti mal-ekonomija tagħna u mal-familji Maltin u Għawdxin.
//= $special ?>
