Il-Ministru tat-Traffiku Chris Bonett ma jridx jgħid mal-media indipendenti kemm il-persuna applikat biex tirrinunzja l-liċenzja tas-sewqan għal 5 snin bil-Gvern jagħti lura €5,000 fis-sena.
Mistoqsi mill-ġurnal Times of Malta Bonett qal li n-numru se jiġi mħabbar meta jidhirlu li huwa żmien tajjeb u saħaq li l-ġurnalisti indipendenti qed jistaqsu għall-ammont għal raġunijiet differenti.
Bonett attakka lill-ġurnalisti li qed jaraw kif iwaqqgħu l-idea u li huwa wisq kmieni biex iħabbar in-numri xahar biss wara li tnediet liskema.
Il-ġurnalisti insistew mal-Ministru biex jgħid jekk f’dan l-aħħar xahar u nofs applikawx tużżana jew mijiet madanakollu Bonett baqa’ jinsisti li ma jridx jiżvela dettalji.
//= $special ?>

