Faċli wisq għal Newcastle kontra Qarabag meta għelbuhom bl-iskor ta’ 6-1.
Fit-tielet minuta kien Anthony Gordon li poġġa lil Newcastle fil-vantaġġ qabel kien Malick Thiaw li rdoppja ħames minuti wara. L-istess Gordon għamilhom 3-0 mill-ħdax-il metru, b’Gordon jgħaqqad il-hat-trick personali fit-33 minuta. Qabel tmiem l-ewwel taqsima, Anthony Gordon għaqqad il-poker mill-ħdax-il metru għal 5-1. Elvin Jafarguliyev skorja gowl ta’ konsolazzjoni għal Qarabag, b’Jacob Murphy jiskorja s-sitt gowl għal Newcastle.
Telfa mhux mistennija għal Inter meta kienu megħluba bl-iskor ta’ 3-1 minn Bodoe/Glimt. Bodoe marru fil-vantaġġ wara 20 minuta b’gowl ta’ Sondre Fet qabel kien Francesco Esposito li kiseb id-draw għaxar minuti wara. Bodoe mill-ġdid fil-vantaġġ fil-61 minuta permezz ta’ Jens Hauge, b’Kasper Hogh ikabbar id-distakk għal 3-1, tliet minuti wara.
Riżultati: Qarabag v Newcastle Utd 1-6; Bodoe v Inter 3-1; C.Brugge v A.Madrid 3-3; Olympiacos v Bayer L. 0-2
//= $special ?>

