Fl-2025, l-għadd ta’ mwiet minn inċidenti tat-traffiku laħaq it-18-il persuna. Dan ifisser żieda taʼ sitt vittmi meta mqabbel mas-sena preċedenti.
Din l-istatistika ħarġet illum mill-NSO, fejn intqal li kien hemm żewġt imwiet bejn Ottubru u Diċembru ta’ persuni li tilfu ħajjithom f’inċidenti fit-toroq tagħna – żewġ inċidenti li involvew raġel u mara.
Matul ir-rabaʼ kwart tal-2025, l-inċidenti tat-traffiku naqsu bʼ6.7 fil-mija.
Bejn Ottubru u Diċembru 2025, l-akbar għadd tʼinċidenti tat-traffiku ġraw fil-jum tal-Ġimgħa bʼ609 każijiet jew 16.5 fil-mija tat-total.
Skont l-NSO, matul l-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet Ħal Qormi rreġistra l-akbar għadd ta’ inċidenti tat-traffiku.
//= $special ?>

