Internazzjonali

Ikomplu t-taħdidiet bejn l-Ukrajna u r-Russja bis-sehem tal-Istati Uniti

Ritratt: Fox News

Id-diskussjonijiet bejn ir-Russja u l-Ukrajna sarfu fi progress sinifikanti lejn ftehim għall-paċi.

Iddikjara dan Steve Witkoff, id-delegat speċjali tal-Istati Uniti wara li ntemmet it-tieni ġurnata ta’ laqgħat bejn dawn iż-żewġ pajjiżi t-Tlieta filgħaxija. Filfatt, fuq il-pjattaforma X, Witkoff iddikjara li propju bis-saħħa tal-President Donald Trump teżisti t-tama li l-gwerra tintemm.

Madanakollu, il-President Ukren Volodymyr Zelensky ilu tul ta’ żmien jispjega li l-Ukrajna qed tkun mistennija tagħmel numru ta’ kompromessi li jiffavorixxu lir-Russi.

U għalhekk, l-Ukrajna qed tistenna li qabel ma jintlaħaq ftehim għall-paċi, ikun hemm ftehim dwar is-sigurtà tal-Ukrajna.

Minn naħa tagħhom, ir-Russi għadhom qed jimponu numru ta’ talbiet li jidher li mhux se jkunu qed iċedu.