Lokali Parlament

Il-gvern għandu jibqa’ jagħti appoġġ lill-NGOs fis-settur tal-psikoterapisti


Albert Buttigieg, PN


Id-Deputat Nazzjonalista Albert Buttigieg qal fil-parlament li Il-gvern għandu jibqa’ jagħti appoġġ lill-NGOs fis-settur tal-psikoterapisti.


Fid-diskussjoni dwar l-abbozz tal-liġi biex ikun emendat l-att dwar il-professjoni ta’ psikoterapisti, Albert buttigieg qal li filwaqt li hemm qbil fuq dan l-abbozz għaliex huwa sew li pajjiżna, bħala membru tal-KE għandu jkun konformi mad-direttivi EU, fl-istess waqt għandha nieħdu l-opportunità biex nikklarifikaw b’termini aktar ċari x’qed nifhmu meta ngħidu li biex wieħed jibda l-kors ta’ psikoterapista għandu bżzonn kwalifika fix-xjenzi umani jew f’xjenzi soċjali. Nemmen li hemm ċertu ambigwità, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li hemm xjenżi oħra li għalkemm huma meqjusa xjenżi umani jew soċjali imma mhumiex aċċettabli bħal entry requirement.


Dan in-nuqqas ta’ klarifika, mhux biss hija diskussjoni li ilha għaddejja anke fil-board tal-psikoterapisti imma qed twassal biex ikun hemm inqas persuni li huma eleġibbli biex jidħlu u jsiru psikoterapisti. Għaldaqstant irridu jkollna aktar pathways li jwasslu biex wieħed isir psikoterapisti fid-dawl li hawn nuqqas ta’ terapisiti. dan fiż-żmien meta qegħdin naraw aktar ħtieġa tagħhom u aktar persuni li għandhom bżonn sostenn.


l-effett tal-Covid u post Covid għamel ħsara mhux biss fuq livell ekonomiku u soċjali imma anke fuq livell ta’ saħħa mentali. Huma diversi persuni mhux biss anżjani imma adulti u saħanistra anke tfal u addolexxenti li qIegħdin ibatu minn nuqqas ta’ saħħa mentali. Dan mhux biss minħabba l-effett tal-Covid li ħalla din il-ħerba imma anke minħabba l-ħajja mgħaġġla u stressanti ta’ llum.


Għalkemm ir-riga ta’ GDP hija tajba imma tajjeb li nifhmu li jekk verament iridu l-ġid tal-persuna fit-totalita’ kollha tagħha, allura jridu mmorru ‘l hinn mir-riga ta’ GDP u nitkellmu fuq il-kwalita’ tal-ħajja. X’jiswa li wieħed għandu l-flus imma mhux kuntent b’ħajtu?


Imma għalkemm fuq il-karta l-Gvern qiegħed jitkellem fuq il-kwalità tal-ħajja, fl-istess nifs l-istess Gvern għadu jippromovi ekonomija mibnija fuq il-kwanità tan-numri. Wieħed għandu jikkunsidra l-istat tal-ambjent, it-traffiku kontinwu, l-istorbju eċċessiv, il-korruzzjoni rampanti, overpopulation u sens ta’ sufukazzjoni, sens jonqos ta’ komunita’, istress u l-ġiri tal-ħajja fejn kulħadd jinsab nervuż u donnu b’ras maqtugħa. Dan kollu flimkien qed iwassal biex diversi jbatu minn nuqqas ta’ saħħa mentali, depressjoni, addictions u ansjetà li kollha jnaqqsu l-kwalità tal-ħajja tal-persuna.


Issa anke IMF fir-rapport tagħhom qegħdin igħidu lil Gvern li dan il-mudell ekonomiku mhuwiex wieħed sostennibbli u li l-kwalita’ tal-ħajja taċ-ċittadini qedt tbati u ser tkompli tbati. Bl-għajnuna tal-Bord tal-Psikoterapisti, għandha ssir definzzjoni aħjar u aktar ċara fuq requirment entry subjects. Hija ħasra li għad hawn stigma u jħossu li jekk wieħed immur għand psikoterapista allura għandu ħsara mentali. Anke jekk wieħed għandu ħsara mentali, lis-stigma qatt u qatt mhi aċċettabli. Għaldaqstant, wieħed ma għandux joqgħod lura u jfittex is-sostenn ta’ psikoterapista u jekk għaddej minn mumenti iebsa u diffiċli.
Il-Gvern, bħal gvernijiet preċidenti, għandu jkompli jagħti kull għajnuna lil dawk l-NGOs li jaħdmu f’dan is-settur, fosthom il-Richmond Foundation u oħrajn u li jagħti l-appoġġ lil kumpaniji privati biex huma joffru programmi ta’ sostenn lil impjegati tagħhom.