Il-Knisja Kattolika issa daħlet fl-aktar perjodu impenjattiv tas-sena hekk kif fil-jum tal-Erbgħa ngħata bidu għar-Randan – 40 jum ta’ karità, talb u sawm.
F’quddiesa li saret l-Erbgħa filgħodu fil-Katidral tal-Imdina l-Arċisqof Charles Scicluna qal li dawn it-tliet prinċipji għandna nadottawhom għalina personali u mhux għal wiċċ in-nies; sabiex inkomplu nuru fedeltà lejn Alla.
Huwa qal ukoll li l-perjodu tar-Randan m’għandux ikun kastig iżda jrid ikun mixja sabiħa mimlija bil-ferħ.
Waqt iċ-ċerimonja li matulha sar it-tqegħid tal-irmied, Monsinjur Charles Scicluna aċċenna fuq l-importanza li nissaffew mill-protagoniżmu u nħaddnu l-valuri b’mod ġenwin.
Huwa tkellem ukoll dwar l-importanza tat-talb fejn spjega li dan m’għandux għalfejn ikun talb li għallimna xi ħadd iżda t-talb għandu jkun forma ta’ konversazzjoni m’Alla.
//= $special ?>

