L-akbar sfida li għandu l-Partit Laburista hija l-governanza tajba.
Dan ingħad f’artiklu ppubblikat fuq il-blogg tal-eks uffiċjal fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Neville Gafà, fejn ingħad li din il-kriżi telfet lil-Labour eluf ta’ voti.
Intqal kif kull fejn tkun tisma’ stejjer li jdarsuk bil-kbir partikolarment lil dawk li jemmnu fil-kontabiltà, trasparenza u meritokrazija.
Ammissjoni ċara tal-atteġġjament ta’ amminsitrazzjoni Laburista, li issa mhux qed jingħad mill-Partit Nazzjonalista imma diskors ċar li ġej mill-qalba tal-Partit Laburista.
Fil-blog ta’ Gafà intqal kif in-nies ivvutaw biex ikun hawn tmexxija soda u mhux ministri deskritti bħala inkompetenti u li ħsiebhom biss fil-bażi elettorali tagħhom.
Intqal ukoll fost oħrajn li l-isfida fis-settur tal-housing hija l-prezzijiet deskritti bħala ġungla filwaqt li l-proprjetà kienet deskritta bħala gabubi bi prezzijiet fenomenali.
Fil-blog ingħad li ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin, iridu jew ma jridux ikollhom jaraw kif se jsibu proprjetà bi prezz diċenti u li inutli l-Prim Ministru jgħid li ser jitkellem mal-imsieħba soċjali dwar kif il-ġenituri se jkollhom aktar ħin mal-familja.
Dan hekk kif iż-żgħażagħ qed iħabbtu wiċċhom mal-inkwiet ta kif se jħallsu d-djun kbar, u li m’għandhomx moħħ biex jaħsmu għal familja tagħhom.
Għalhekk intqal li il-koppji ġodda mhux qed jaħsbu biex ikollhom aktar tfal għaliex illum, min jidħol għall-piż tal-proprjetà qed jistinka f’ħinijiet twal biex ilaħħaq mal-ħlas lura tad-djun.
Dan filwaqt li ssemmew l-kriżijiet tat-traffiku, iż-żieda fil-popolazzjoni, il-konnettività bejn Malta u Għawdex, l-għoli tal-ħajja, is-servizzi tas-saħħa, u l-edukazzjoni.
Fl-artiklu ta’ Gafà intqal li jekk il-Labour irid jirbaħ l-elezzjoni irid jindirizza dan kollu – ċioè jekk il-qalba tal-Labour qed tgħajjat ma’ Robert Abela biex jisma’ lill-Partit Nazzjonalista inkella…jippakkja u jagħmel il-wisgħa għal min verament irid il-ġid lill-poplu Malti u Għawdxi u li jista’ jwassal viżjoni fit-tul.
//= $special ?>

