Lokali Parlament

Jeħtieġ azzjonijiet effettivi dwar vjolenza minn gruppi ta’ żgħażagħ f’Tas-Sliema

Graham Bencini, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Graham Bencini sostna fl-Aġġornament tal-parlament li jeħtieġ azzjonijiet effettivi dwar vjolenza minn gruppi ta’ żgħażagħ f’Tas-Sliema.

Graham Bencini qal li hemm problemi ta’ sigurtà f’diversi toroq f’Tas-Sliema li qed iwasslu għal każi iżolati li fihom tfal qed jispiċċaw vittmi ta’ aggressjoni, kif ġara fuq it-tifel tad-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia. Dan sar f’żona li suppost hi waħda sigura u għall-fmailji. Din hi kwistjoni ta’ sigurtà pubblika u serenità għall-familji.

Ir-residenti pprovaw jirrapportaw diversi drabi u anki jipprovdu informazzjoni lill-awotrijiaet dwar dak li qed iseħħ, iżda jidher li mhuwiex qed isir biżżejjed. Hemm min anki jibża’ jirrapporta għaliex jispiċċa vittma ta’ aggressjoni.

Id-deputat Nazzjonalista qal li għandu jkun hemm qbil dwar l-importanza tas-sigurtà fit-toroq u sostna li l-ispazji pubbliċi għandhom ikunu spazji ta’ ħajja u mhux ta’ biża’ maħluqa minn xi grupp ta’ żgħażagħ.

Din mhjiex kriminalità organizzata iżda vjolenza minn gruppi taż żgħażagħ li qed jidħlu f’dan iċ-ċirku. Jeħtieġ infurzar effettiv tal-liġijiet u fejn hemm rapporti jridu jsiru l-investigazzjonijiet.

L-evidenza għandha twassal għal azzjonijiet meħtieġa, sostna Graham Bencini, li kompla li min ikun responsabbli għandu jbati l-konsegwnzi. Jeħtieġ ukoll li jkunu ikkunsidrat għaliex dawn iż-żgħażagħ qed jispiċċaw iwettqu din il-vjolenza u jeħtieġ li tkun hem analiżi dwar l-alternattivi li għandhom dawn iż-żgħażagħ fis-soċjetà.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li jeħtieġ li jkun hemm tisħiħ tal-Pulizija tal-Komunità u jkun hemm sorvjela ta’ żoni li fihom isiru dawn l-attakki. Jeħtieġ tinbena kultura ta’ rispett u ta’ valuri, sostna Graham Bencini, li kompla li l-famiji għandhom ikunu mismugħa.

Il-gvern għandu jsaħħaħ il-preżenza tal-pulizija f’żoni senittivi u biex jaħdem mal-kunsilli lokali biex jerġa’ jinbena sens ta’ sigurtà. Dan hu mument ta’ azzjoni konkreta fejn is-sigurtà tat-tfal titpoġġa bħala prijorità.

Hu semma’ l-applikazzjonijiet għal żvilupp fis-Salina n-Naxxar u qal li f’dawn is-siti hemm fdalijiet arkeoloġiċi ta’ żmien ir-Rumani fosthom katakombi, raddi u ipoġej. Ir-raddi huma inklużi fl-Inventarju Uffiċali tas-Sovratindenza Nazzjonali u huma rikonoxxuti mill-Istat bħala wirt li jistħoqqlu protezzjoni. Fuq dan is-sit issa hemm applikazzjoni għal żviupp li jekk tkun approvata, dwn jinqerdu.

Hu appella biex l-iżvilupp ikun wieħed sostenibbli u b’rispett lejn dak li jagħmel lill-poplu, poplu Malti. L-iżvilupp u l-wirt storiku għandhom jimxu flimkien, sostna Graham Bencini.