Karozza pparkjata ħadet in-nar kmieni l-Erbgħa filgħaxija fi Triq Joseph Casha, f’Bormla.
Ritratti li waslu għand NetNews juru li vettura ħadet in-nar f’Bormla kmieni l-Erbgħa filgħodu, għall-ħabta tat-3am.
Il-Pulizija kkonfermat ma’ NetNews li minnufih isejħu l-uffiċjali mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jikkontrollaw in-nirien li ħakmu din il-vettura.
Fil-post kien hemm anke ambulanza u tim mediku sabiex jassistu lill-persuni involuti, iżda kelliem għall-Pulizija kkonferma li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Sa issa, mhux magħruf x’wassal għal dawn in-nirien. Fil-fatt, il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjoni tagħha b’rabta ma’ dan il-każ.
//= $special ?>

