Sport

ll-ħames edizzjoni tal-EquestriMalta President’s Cup b’fond ta’ premjijiet akbar

Fl-1 ta’ Marzu se ssir l-EquestriMalta President’s Cup fil-Marsa. Hija  l-ħames edizzjoni min mindu twaqqfet l-awtorità u EquestriMalta saret l-isponsor ta’ dan il-kampjonat li beda fl-1992.

Waqt laqgħha mal-ġurnalisti ngħataw dettalji dwar din l-edizzjoni u s-sidien tat-tnax-il żiemel finalist kellhom l-opportunità li jagħżlu n-numru wara l-karozza tat-tluq skont kif spiċċaw waqt iż-żewġ semifinali.

Il-kap eżekuttiv ta’ EquestriMalta, Max Zammi, esprima s-sodisfazzjon għal mod kif kibret l-EquestriMalta President’s Cup, u issa din l-edizzjoni se jkollha fond ta’ premjijiet akbar fejn ir-rebbieħ ser jieħu 5,000€ filwaqt li mit-tieni sal-ħames hemm wkoll premju finanzjarju.

Se ssir il-Mini President’s Cup, b’żewġ finali għall-ponijiet tat-trott misjuqa minn tfal li jattendu l-akkademja. Tony Demanuele, Vici President tal-Malta Racing Club; irringrazzja lil EquestriMalta li offra biex il-kampjonat seta’ jkun irkuprat kmieni f’dan l-istaġun wara li sena ilu ma kienx sar minħabba x-xogħlijiet fil-korsa.

Il-kap eżekuttiv tal-Malta Equidrome, Dr Matthew Brincat; ikkummenta li dan il-kampjonat qed isir f’korsa ġdida u esprima sodisfazzjon li għal din l-okkażjoni se tattendli l-President ta’ Malta, Myriam Spiteri Debono.

L-aħħar parti tal-konferenza kienet l-għażla tan-numru mis-sidien tat-12-il żiemel fil-finali. Il-finali tal-EquestriMalta President’s Cup ser tkun is-seba’ tiġrija fil-programm tal-1 ta’ Marzu.