Fi PROFILI tal-lejla se nkunu qed niltaqgħu ma’ Dun Frans Bonnici. Fil-jum fejn il-Knisja Kattolika tagħti bidu għar-Randan Imqaddes, il-profil se jkun qed jitkellem fuq il-ħidma tiegħu fil-vokazzjonijiet u mal-abbatini, fejn minn qabel żmien is-seminarju u wara kellu ħidma id f’id ma’ Mons. Victor Grech.
“Żorna Liverpool, meta Liverpool rebħu kampjonat, u kien hemm wieħed quddiem bar li qalilna nidħlu għandu niċċelebraw, u tana xarba birra żur minn hemm.”
Dun Frans Bonnici se jkun qed jaqsam numru ta’ esperjenzi tal-Maltin fil-belt tal-Vatikan, u kif ukoll il-ħidma li qed iwettaq, b’għajnuna mhux ftit fl-Arkivji tal-Vatikan.
PROFILI għandu l-produzzjoni u l-preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, u l-programm tal-lejla għandu muntaġġ ta’ Philip Grech.
Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki fuq Spotify.



