Lokali

AĠĠORNATA: Jittella’ katavru mill-baħar wara li ntlemaħ fl-inħawi ta’ Fomm ir-Riħ

Il-Pulizija qegħda tinvestiga s-sejba ta’ katavru fil-baħar fl-inħawi ta’ Fomm ir-Riħ. Il-katavru ntlemaħ għall-ħabta tat-tlieta u nofs ta’ waranofsinhar.

Bl-assistenza ta’ Patrol boat tal-Forzi Armati ta’ Malta, ittella l-katavru mill-baħar u ddaħħal il-Marfa.

F’dan l-istadju il-katavru ma jistax jiġi identifikat peress li nstab fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat Philip Galea Farrugia, li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata, filwaqt li mistennija ssir awtopsja fuq il-katavru sabiex tiġi stabbilità l-kawża tal-mewt.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadha għaddejja.