Aktar minn sena wara li mara ta’ 33 sena tilfet ħajjitha wara li ffriżat fuq l-ogħla muntanja fl-Awstrija, is-sieħeb tagħha se jkun qed jgħaddi ġuri għal negliġenza u qtil.
Kerstin G mietet kaġun tat-temperaturi baxxi waqt li kienet tiela’ din il-muntanja. Is-sieħeb tagħha qed ikun akkużat li ħalla lit-tfajla mhux protetta u għajjiena f’kundizzjonijiet ta’ maltemp fid-19 ta’ Jannar tal-2025 sakemm hu mar isejjaħ għall-għajnuna.
Dan il-każ ħoloq kontroversja hekk kif il-prosekuturi qed jgħidu li bħala l-aktar bniedem esperjenzat fil-climbing, huwa kien responsabbli tat-tfajla u li falla milli jmur lura sabiex jassistiha.
Ir-raġel qed jiċħad l-akkużi miġjuba kontrih bl-avukat tiegħu jiddikjara li dan kollu kien inċident traġiku. Madanakollu, il-prosekuturi qed jakkużaw lir-raġel li għamel numru ta’ żbalji sa mill-bidu tal-vjaġġ tagħhom tul il-muntanja. Fosthom il-fatt li pprova jtella’ lit-tfajla tiegħu fuq din il-muntanja meta ma kellix biżżejjed taħriġ sabiex tagħmel dan.
Iżda d-difiża qed tgħid li kemm il-mara u anke r-raġel kellhom taħriġ biżżejjed sabiex jitilgħu din il-muntanja.
//= $special ?>

