“Dan l-avviż legali fid-Dwejra huwa attakk ikkalkulat fuq l-aħħar dark site li għandna fil-Gżejjer Maltin u li jista’ jikkawża telf irriversibli f’din iz-zona tant importanti għall-kultura Maltija.”
Dan kien l-appell li wasslu numru ta’ għaqdiet wara li aktar kmieni dan ix-xahar il-Gvern ta’ Robert Abela ħabbar li se jemenda avviż legali li se jippermetti d-dawl artifiċjali fid-Dwejra sa nofsillejl.
Għaldaqstant, numru ta’ għaqdiet spjegaw li din l-emenda toħloq riskju sejru għall-aħħar dark site li fadal. Dan hekk kif f’dawn id-dark sites wieħed ikun jista’ japprezza s-sema fl-istat naturali.
Spjegaw ukoll li l-Gvern qed jonqos milli jirrikonoxxi d-dlam bħala parti mill-kultura ta’ pajjiżna għaliex id-dlam mhumiex biss nuqqas ta’ dawl iżda jipprovdi numru ta’ benefiċċji.
Kien hemm anke diversi akkademiċi li mat-Times enfassizzaw li l-permess ta’ dawl artifiċċjali sa nofsillejl u li wieħed jippermetti li jkun installat id-dawl…. qed ixekkel il-valur xjentifiku, edukattiv kif ukoll kulturali li qed toffri bħalissa din iz-zona tant unika.
L-avviż legali li nħareġ mill-ERA ġie deskritt bħala inkwetanti minħabba l-fatt li d-Dwejra hija sit ta’ Natura 2000, filwaqt li għandha ukoll protezzjoni fuq livell Ewropew.
L-akkademiċi spjegaw ukoll li f’pajjiż li jum wara l-ieħor qed ikun aktar iddominat mid-dawl artifiċċjali, id-Dwejra hija waħda mill-aħħar zoni fejn ir-ritmu naturali tad-dlam għadu ħaj.
Id-Dwejra ilha parti mid-Dark Sky Heritage għal kważi 20 sena – xi ħaġa li issa qed titpoġġa f’riskju kaġun tad-deċiżjonijiet li ħa l-Gvern.
//= $special ?>

