Sewwieq ta’ mutur kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara ħabta serja li seħħet bejn karozza u mutur f’Għawdex.
L-inċident seħħ kmieni l-Erbgħa filgħodu għall-ħabta tas-6:45, fejn vettura tal-għamla Nissan misjuqa minn raġel ta’ 38 sena residenti San Lawrenz u mutur Honda 125 misjuq minn raġel ta’ 36 resident l-Għarb, kienu involuti f’ħabta fi Triq l-Għarb, fl-Għasri Għawdex.
Minnufih, isejħu tim mediku u ambulanza mill-Isptar Ġenerali Għawdex sabiex jassistu lis-sewwieq tal-mutur.
Sorsi li tkellmu ma’ din il-kamra tal-aħbarijiet spjegaw li s-sewwieq tal-mutur qed jiġi operat f’dawn il-mumenti wara li sofra minn ksur madwar ġismu.
Infatti, huwa ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
//= $special ?>

