It-Triton Carnival Company ikklassifikat fl-ewwel post fil-Karnival ta’ Malta għat-tielet sena konsekuttiva.
Il-ġurija vvutaw abbażi ta’ ħames kategoriji. L-oriġinalità tal-karru, il-brijju, id-dehra b’mod ġenerali, il-kartapesta użata u anke l-kulur karnivalesk.

Dan il-karru kellu numru ta’ personalitajiet Maltin fosthom Eileen Montesin, Majsi, Jamie Cardona u anke Gawdez u s-Spettur Lenard. B’dawn il-personalitajiet jilagħbu l-logħba Monopoly.


Fil-fatt, wieħed seta’ jara anke numru ta’ elementi minn din il-logħba fosthom il-kelb u anke l-ħabs.


Din is-sena, it-taqbila tal-kumpanija Triton kienet “ilgħab u mexxi, ixtri u tirnexxi”, kollha b’referenza għal-logħba famuża Monopoly.
Għall-kumpanija Triton, din hija t-tielet rebħa konsekuttiva ta’ Sezzjoni A Trijunfali, anke taħt it-tmexxija tal-iżgħar leader tal-Karnival, Joshua Borg.




