L-aħħar rapporti minn Iżrael qalu li l-Ministru responsabbli mill-Finanzi, Bezalel Smotrich , għandu jfassal ‘malajr’ politika li tixpruna l-immigrazzjoni tal-Palestinjani mix-Xatt tal-Punent u l-Medda ta’ Gaza.
Smotrich hu politiku estremista tal-lemin u l-osservaturi fir-reġjun qed jgħidu li hu qed jipprova jagħti bixra aċċettabbli lil kampanja speċifika għar-rilokazzjoni sfurzata tal-Palestinjani.
Fl-istess ħin, il-Ministru Iżraeljan qal li l-Gvern tiegħu qed janalizza l-mezzi biex ‘formalment u bil-mezzi prattiċi’ jannulla l-Ftehim ta’ Oslo tal-1993 li, fost oħrajn, introduċa bażi għall-awtonomija Palestinjana fix-Xatt tal-Punent u Gaza.
Smotrich spjega wkoll li Iżrael, ‘il quddiem se jkun qed jinkoraġġixxi l-immigrazzjoni minn Gaza, il-Ġudea u Samaria bħala ‘l-unika soluzzjoni għat-tul taż-żmien’.
Dan meta l-Kabinett Iżraeljan għas-Sigurtà approva sensiela ta’ miżuri (appoġġjati mill-Ministri estremisti tal-lemin) għat-tisħiħ tal-kontroll fuq ix-Xatt tal-Punent fejn hemm ukoll diversi komunitajiet tal-Lhud…Kontroll li japplika wkoll għaz-zoni li ilhom mis-snin disgħin amministrati mill-Awtorità Palestinjana.
//= $special ?>

