Lokali Parlament

132 żwieġ minn koppji tal-istess sess

Matul is-sena li għaddiet kien hemm 132 żwieġ minn koppji tal-istess sess.

Dan irriżulta fi tweġiba għal mistoqsija palamentari tad-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo lil Byron Camilleri, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol.

Jirrżulta wkoll li li kien hemm 12-il divorzju minn koppji tal-istess sess irreġistrati mar-Reġistru Pubbliku ta’ Malta matul l-2025. Ma kien hemm l-ebda divorzju ta’ koppji tal-istess sess irreġistrati mar-Reġistru Pubbliku ta’ Għawdex.