Matul is-sena li għaddiet 80 impjegat mal-Aġenzija Sapport temmew l-impjieg tagħhom u matul l-istess sena kienu reklutati 102 impjegat. 9 minn dawn t-80 impjegat irtiraw. Il-perjodu ta’ servizz tal-ħaddiema jvarja bejn ftit ġranet u snin, skont il-każ.
In-numru ta’ impjegati u n-numru ta’ rekluti kienu konfermati fil-Parlament minn Julia Farrugia, il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat: għal mistoqsija tad-Deputat Nazzjonaliist Graziella Galea.
//= $special ?>

