Id-Dipartiment tal-Protzzjoni Ċivili ħabbar li ingħataw 4 vetturi ġodda tat-tifi tan-nar. Dawn il-vetturi huma mgħamra b’tantkijiet li jesgħu 1,500 litru ta’ ilma u 300 litru ta’ foam.
Huma mgħammra wkoll b’postijiet speċjali għall-apparat tan-nifs u lockers magħmula apposta.
Il-vetturi jġorru sellum ta’ 10 metri u nofs… u l-aktar apparat ġdid ta’ salvataġġ li jaħdem bil-batterija, biex ix-xogħol isir iżjed malajr….b’mod aktar sikur u effiċjenti, speċjalment f’sitwazzjonijiet fejn kull sekonda tgħodd.
Net News tkellem ma’ Peter Paul Coleiro, id-Direttur tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, illi spjega li d-daqs ta’ dawn il-vetturi jservu biex jaslu minn post għal ieħor aktar malajr.
Coleiro spjega wkoll li dawn se jkomplu jgħinu lid-Dipartiment fil-ħidma tagħhom; li fost l-oħrajn kienet evidenti fl-aħħar jiem wara żewġ nirien industrijali u l-ħsarat marbuta max-xita u r-riħ qawwi – inkluż il-ħsara kaġunata mill-Maltempata Harry.
Intant, matul din il-konferenza intqal ukoll li matul is-sena 2025 is-CPD assistew f’6,600 każ.
//= $special ?>

