Il-Partit Laburista jisraq u l-poplu jħallas.
Għal darba oħra, il-Qorti llum ordnat li l-Istat iħallas €254,000 oħra – din id-darba biex jagħmel tajjeb għall-fatt li l-Partit Laburista ħataf proprjetà privata fi Strada Rjali l-Belt u kkapparaha għal 70 sena sħaħ.
Waqt li l-Qorti Kostituzzjonali sabet lil-Labour ħati ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tas-sidien tal-binja fi Triq ir-Repubblika, il-Labour xorta ma ġiex żgumbrat mill-bini u se jibqa’ jgawdi l-użu tiegħu.
Fl-aħħar ftit xhur il-Labour akkumula €1,600,000 f’multi għall-abbużi minn proprjetajiet privati li issa jridu jitħallsu mit-taxxi tal-poplu Malti.
Minbarra l-inġustuzzji kbar li wettaq il-Labour mas-sidien ta’ dawn il-proprjetajiet għal għexieren sħaħ ta’ snin, il-Partit Laburista issa qed ikompli jwettaq aktar inġustizzji mal-ħaddiema Maltin u Għawdxin li minflok qed igawdu t-taxxi tagħthom f’servizzi qed jispiċċaw iħallsu għall-abbużi tal-Labour.
Il-Labour jaħtaf u l-poplu jħallas.
//= $special ?>

