Sport

Kontinġent mill-Iron Taekwondo League ikkompeta fl-Albanija u fil-Belġju fejn intrebħu ħames midalji  

Il-kowċ Ditmir Vodinaj, mal-atleti Jean Schembri (xellug) u Alycia Cassar (lemin).

Kontinġent mill-Iron Taekwondo League kkompeta b’żewġ timijiet fl-Albanija u fil-Belġju fejn intrebħu ħames midalji fejn  fit-Turnament ta’ Kwalifikazzjoni Grand Prix Open tal-ETU u l-Open ta’ Tirana tmmexxa mill-kowċ Ditmir Vodinaj. Alycia Cassar fil-kategorija 63 kg rebħet l-ewwel rawnd u tilfet kontra Elif Esmira Ozdirim tat-Turkija li wara rebħet il-grupp, filwaqt li Jean Schembri fil-kategorija 45 kilo kellu polza diffiċli fir-rawnd ta’ 32 kontra l-Franċiż G. Azaryan fejn kien eliminat.

Fit-Top Tirana Open Alycia Cassar fil-kwarti finali għelbet lil Elisavet Douvri tal-Grecja u fis-semifinali reġgħet tilfet kontra Elif Esmira Ozdirim tat-Turkija biex kisbet midalja tal-bronż. Jean Schembri kiseb ukoll midalja tal-bronż fejn tilef is-semifinali kontra Theodoris Giannakakis tal-Greċja.

F’Liège, fil-Belġju, il-kowċ Gianluca Barbara li kkompeta wkoll fil-Masters -80kg mexxa l-kontinġent fejn Fergeson Galea 63 kg fetaħ fir-Rawnd tat-8 kontra l-Belġjan Lucas Pierard, fejn kiseb rebħa f’żewġ rawnds. Fil-kwarti finali, iltaqa’ kontra Gabriel Wilkin tal-Belġju fejn fl-ewwel rawnd pari fl-aħħar sekonda bl-iskor 14–14, b’vantaġġ mogħti lill-Belġjan, fit-tieni rawnd Wilkin ħa vantaġġ b’żewġ punti.

Robin Zammit 55 kg. fil-kwarti finali rebaħ kontra l-Belġjan Ilias Bouaissi u fis-semifinali kontra l-Olandiż Imran Bouazzaoui, wara li tilef l-ewwel rawnd 11–0, Zammit kellu rimonta fejn rebaħ it-tieni u t-tielet rawnds. Fil-finali tilef kontra Souhail Dekhissi biex kiseb midalja tal-fidda. Czarek Odlanicki Poczobutt -87kg avvanza b’bye għas-semifinali, kontra n-Norveġiż Sebastian Thune fejn tilef u kiseb midalja tal-bronż.

Gianluca Barbara fis-semifinali kontra Gaetano Gueli tal-Korea Club Houdeng tal-Belġju kiseb rebħa fir-rawnds. Fil-finali, kontra l-Olandiz Norman Hornberger Gianluca kkontrolla l-logħba mill-bidu fejn rebaħ l-ewwel rawnd 12–0 u għalaq il-logħba 14–5 fit-tieni rawnd biex rebaħ il-midalja tad-deheb.

Barbara rebaħ ukoll il-premju għall-Aqwa Atleta tal-Masters fejn rebaħ dan l-unur għat-tielet sena konsekuttiva.