“Kruha. Pastażata kbira. Mostru tal-waħx.”
Hekk ġie deskritt l-ispazju interattiv u nnovattiv li inħoloq fi ġnien il-biskuttin fil-Furjana, u li se jkun qed jirrifletti l-identita tal-Viżjoni Malta 2050.
Jidher li din l-inizjattiva tal-Gvern xejn ma niżlet tajjeb ma’ mijiet ta’ persuni; tant li ġiet deskritta bħala l-aktar waħda bażwija fl-istorja ta’ Malta.
Ħafna oħrajn qalu li din l-istruttura tirrifletta l-ħela ta’ flus tat-taxxi tagħna. Raġel ieħor tenna li l-impressjoni artistika hi “BLOKKA” – “ilqattuha eżatt… viżjoni Malta 2025… bini, bini u iżjed blokok ta’ bini.”
Mara oħra spjegat li l-Gvern dejjem jara kif se jirrovina l-ispazju pubbliku.
Numru ta’ persuni huma kurjużi dwar l-iskop ta’ dan il-proġett u għalxiex sar propju fid-daħla tal-Belt.
Intant huma ħafna dawk li jaħsbu li sal-2050 pajjiżna se jkun meqjus bħala “t-tieni Dubai” minħabba ż-żieda kbira fil-bini.
Oħrajn jittamaw li sa 30 sena oħra it-trasport pubbliku f’pajjiżna jitjieb. U fl-iżvilupp tiegħu, pajjiżna jibqa’ jżomm il-valuri sbieħ tiegħu – dawk li jikkaratteriżaw lil Malta kif nafuha u kif jafuha ta’ qabilna.
Oħrajn qed jittamaw ukoll li l-Ministru Chris Bonett iżomm il-wegħda li għamel meta qal li se jħabbar id-dettalji tas-sistema l-ġdida tat-trasport tal-massa bħala parti minn din il-viżjoni.
//= $special ?>
