Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea, irrifjutat l-invit ta’ Trump biex tagħmel parti mill-Bord tal-Paċi. Dan apparti li anke l-aktar alleati prominenti, fosthom l-Ingilterra, il-Ġermanja, u Franza qalu li mhumiex se jingħaqdu fil-bord tal-paċi li se jitnieda llum.
Din l-inizjattiva ħadet daqqa ta’ ħarta oħra din il-ġimgħa meta l-Papa Ljun XIV ħabbar li mhuwiex se jingħaqad f’dan il-bord – meta ħafna kritiċi qegħdin jgħidu li dan il-bord huwa tentattiv biex ineħħi l-poter lill-organizzazzjonijiet internazzjonali fosthom lin-Nazzjonijiet Uniti.
Il-Kardinal Pietro Parolin, l-ogħla diplomatiku tal-Vatikan; qal li “fuq ħaġa waħda insistejna, li tkun in-Nazzjonijiet Uniti li tmexxi dawn is-sitwazzjonijiet ta’ kriżi fuq livell internazzjonali” Parolin ikkritika wkoll il-fatt li fuq dan il-Bord li se jiddeċiedi fuq id-destin tal-Palestinjani mhux se jkun hemm ebda Palestinjan.
Intant Għexieren ta’ mexxejja Ewropej u delegazzjonijiet nazzjonali se jiltaqgħu f’Washington illum għat-tnedija tal-Bord tal-Paċi ta’ Trump.
Il-White House ħabbret li l-funzjoni ta’ din l-ewwel laqgħa ad hoc se tkun l-aktar għall-ġbir ta’ fondi u li nbidel l-isem tal-bord u issa ser ikun qiegħed jissejjaħ, Donald J Trump Istitut għall-Paċi.
Trump ħabbar fuq il-medja soċjali li hemm pajjiżi li offrew aktar minn 5 biljun dollari biex Gaza terġa’ tinbidel mill-ġdid – wara li kienet devasta mill-gwerra mal-Israel u li l-istat tagħha huwa kriżi umanitarju.
Trump qal li wkoll li l-istati membri offrew ukoll eluf ta’ riżorsi umani sabiex ikun hemm Forza Internazzjonali li ġġib stabbilita u anke Pulizija lokali li żżomm is-Sigurta’ u l-Paċi għan-nies ta’ Gaza.
Iżda minkejja l-entużjażmu ta’ Trump, dan is-summit qiegħed ikun inawguat fost ħafna xettiċiżmu u bosta alleati Ewropej mhux biss ma aċċettawx l-istedina imma kkritikaw ukoll il-mandat politiku ta’ dan il-bord.
//= $special ?>

