Internazzjonali

Mill-inqas tmienja jitilfu ħajjithom f’Kalifornja kawża ta’ valanga tas-silġ

Tmien persuni nstabu mejta kawża ta’ valanga tas-silġ fir-reġjun ta’ Lake Tahoe fit-Tramuntana tal-Istat ta’ Kalifornja.

Persuna oħra għadu mitluf iżda l-pulizija tan-Nevada County stqarru li dan l-individwu huwa preżunt mejjet. Sitt persuni oħra nstabu ħajjin.

Il-pulizija ħabbru li waħda mill-persuni li nstabu mejta kienet mart wieħed mill-membri tat-tim tas-salvataġġ.

It-tfittxija għall-aħħar persuna qed tkompli.