Brian, Janet Baguley u l-familja kollha tagħhom … bħalissa jinsabu qalbhom maqsuma hekk kif insterqulhom seba’ mogħżiet u nagħġa mill-għalqa tagħhom f’Ta’ Qali.
Din il-familja qed toffri premju ta’ €2,000 lil min isib lil dawn il-mogħoż jew għandu xi tip ta’ informazzjoni li jaf isservi ta’ għajnuna sabiex jinstabu.
F’post fuq il-midja soċjali, Brian Baguley sostna li għalihom il-mogħoz kienu familja u li kien iħobbhom daqs ulied. U staqsa għalfejn xi ħadd kellu jkun daqsekk bla qalb u jisraqhom.
Kull min isib dawn il-mogħoż u n-nagħġa huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-familja billi jċempel fuq in-numru 79931831.
//= $special ?>

