Wara l-konferenza li saret fil-Parlament f’Jum il-Ġustizzja Soċjali, ġie preżentat il-Private Members Bill dwar il-Ġlieda kontra s-Solitudni u t-Tisħiħ tal-Benesseri tas-Soċjetà.
Il-liġi ġiet ippreżentata lill-Ispeaker mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo.
Preżenti kien hemm ukoll id-deputati Charles Azzopardi u Justin Schembri.
Dan l-abbozz qed jesiġi – fost l-oħrajn – li l-Istat jirrikonoxxi l-obbligu pożittiv tal-Gvern li jippromwovi policies u miżuri effettivi sabiex is-solitudni tkun rikonoxxuta bħala kwistjoni ta’ importanza soċjali u ta’ saħħa pubblika.
Apparti minn hekk, l-abbozz jaħseb biex tiġi miġġielda s-solitudni permezz ta’ impenn favur il-konnessjoni soċjali u l-parteċipazzjoni fil-komunità.
Fuq kollox, issa anke referenza għall-importanza li bħala pajjiż ikollna Strateġija Nazzjonali dwar is-Solitudni u l-Konnessjoni Soċjali.
//= $special ?>

